Malta Football Association
NEWS:
FA Trophy finali - Avviżi
May 19, 2015
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Il-Malta Football Association tavża li b’direttiva tal-Pulizija ta’ Malta, għall-partita tas-Sibt 23 ta’ Mejju 2015 bejn Hibernians FC u Birkirkara FC, li se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta Qali, fil-5.00pm, il-partitarji ta’ Hibernians FC se jkunu allokati fil-West Stand C (enclosure) u Millennium D filwaqt li dawk ta’ Birkirkara FC se jkunu allokati fil-West Stand A (enclosure) u Millennium F. 


 

Għaldaqstant, il-partitarji ta’ Hibernians FC, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tar-Rabat u jipparkjaw l-istess vetturi lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali.

 

Il-partitarji ta’ Birkirkara FC, għandhom jidħlu bil-vetturi tagħhom min-naħat tal-Mosta u jipparkjaw l-istess vetturi fil-West Parking u t-toroq tal-madwar.

 

L-MFA tavża li t-ticket booths u l-Istadium Nazzjonali se jinfetħu fis-3.00pm, filwaqt li l-biljetti tal-partita tal-West Stand A u West Stand C se jibdew jinbiegħu miż-żewġ klabbs rispettivi mill-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015.

 

Dawk il-persuni partitarji ta’ Hibernians FC li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti se jiġu allokati post f’Millennium D filwaqt li dawk ta’ Birkirkara FC jiġu allokati post f’Millennium F.

 

L-MFA tħeġġeġ il-pubbliku biex jimxi mar-regolamenti tal-istadiumu mal-ordnijiet maħruġa mill-Pulizija ta’ Malta, waqt li tawgura festa sabiħa ta’ futbol. 

Official Sponsors
Commercial Partners