Malta Football Association
NEWS:
Hibernians FC jirbħu l-Youth KO Competition
May 22, 2015
Posted in:
General
Cups & Competitions
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Hibernians FC rebħu l-finali tal-Youth KO Competition kontra Hamrun Spartans FC b’gowl uniku skurjat fil-ħin miżjud tal-ħin barrani minn penalty ta’ Jurgen Degabriele.


 

Kienet partita mill-iktar kombattuti bejn żewġ naħat li bejniethom m’hemm differenza ta’ xejn f’dak li hu livell ta’ logħob u ta’ plejers.

 

Fost il-partitarji deher l-akkaniżmu taż-żewġ naħat li bħal donnhom riedu dan l-unur akkost ta’ kollox tant li lejn l-aħħar tal-konfront inħasset il-kommossjoni u t-tensjoni żejda miż-żewġ naħat tal-partitarji, l-iktar dawk Ħamruniżi.

 

Hamrun Spartans ipprotestaw għall-penalty li fl-opinjoni tagħhom kien wieħed sagrosant iżda r-referee Sandro Spiteri ħalla l-logħob għaddej biex sekondi qabel is-suffara tat-tieni taqsima tal-ħin barrani li kienet se twassal għall-għoti tal-penalties, Degabriele waqgħa fil-kaxxa avversarja forsi anki għax deher xi ftit imsakkar minn żewġ difensuri Ħamruniżi u Spiteri kien pront ordna penalty. L-istess Degabriele ma żbaljax.

 

Kien il-gowl tar-rebħa għat-tim ta’ Raħal Ġdid għaliex wara ftit sekondi nstemgħet is-suffara finali li ħadet dan l-unur lejn il-klabb ta’ Hibernians FC.

 

Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, ippreżenta t-trofew u l-midalji lir-rebbieħa.

Official Sponsors
Commercial Partners