Archives

Id-dinja tal-futbol tikkonferma lil Blatter

Published: 29-05-2015 19:35
image1 (102)
Sepp Blatter,  rebaħ l-elezzjoni għall-kariga ta’President tal-FIFA, li saret f’Zurich, l-Isvizzera, illum wara nofsinhar. Blatter kien ikkontestat mill-Prinċep Ali tal-Ġordan u eliġibbli jivvutaw kien hemm 209 pajjiżi mill-Assoċjazzjonijiet kollha fid-dinja membri tal-FIFA.  Fl-ewwel għadd, Blatter ġab 133 vot mentri l-Prinċep Ali ġab 73 vot. Għaldaqstant, anki skont l-Istatut tal-FIFA, kellha tinħtieġ it-tieni elezzjoni biex Blatter jiġi konfermat, peress li l-Prinċep qabeż is-70 vot u Blatter ma laħaqx il-140 vot. Wara r-riżultat ta’ dan l-ewwel vot il-Prinċep Ali irtira l-kadidatura tiegħu w għalhekk ġiet evitata l-ħtieġa li jittieħed it-tieni vot sabiex Blatter ġie kkonfermat President tal-FIFA għal perjodu ieħor. L-Ewropa kellha 53 vot, l-Afrika kellha 54 vot, l-Asja kellha 46 vot, l-Amerika t’Isfel kellha 10 voti, l-Amerika ta’ Fuq u Ċentrali kellha 35 vot u l-Oċeanja kellha 11-il vot. Jidher li bħalma ġara dejjem f’dawn l-aħħar snin, il-kontinenti jivvutaw bis-sistema ta’ ‘block vote’. B’din ir-rebħa, Blatter ikkonferma ruħu President tal-FIFA u l-aktar persuna b’saħtu fid-dinja tal-futbol u dan se jfisser erba’ snin oħra ta’ Presidenza tiegħu, li se taċċertaħ mill-poter sas-sena 2019.