Archives

STQARRIJA dwar l-inkjesta 'Dirty Soccer'

Published: 02-06-2015 12:05
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li dwar l-inkjesta li għaddejja bħalissa bl-isem ‘Dirty Soccer’, sar kuntatt mal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), u l-MFA ġiet infurmata li d-dokumenti tal-inkjesta qegħdin għand il-Prokura tar-Repubblika Taljana f’Catanzaro. L-MFA tavża li għamlet talba uffiċjali lill-Prosekutur tal-Prokura fl-Italja u li fiha ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni fuq il-persuni involuti fl-inkjesta li f’dan il-każ jistgħu jikkawżaw riperkussjonijiet lill-futbol Malti. Għalhekk, l-MFA, talbet id-dokumentazzjoni relatata ma’ dan il-każ biex tkun tista’ tibda l-investigazzjoni tagħha. L-MFA tavża li aktar informazzjoni fuq dan il-każ tingħata meta jseħħu aktar żviluppi. L-MFA tinfurma lill-pubbliku u lill-media lokali li l-ebda uffiċjal jew impjegat mhu se jikkumenta aktar fuq dan il-każ f’dan l-istadju u kull komunikazzjoni se ssir f’forma uffiċjali mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Assoċjazzjoni.       L-amministrazzjoniMalta Football Association