Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: L-aħħar preparamenti
Jun 5, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

  • Ritratt: Domenic Aquilina

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella jinsab għaddej bl-aħħar preparamenti għaż-żewġ partiti tiegħu li jagħtu bidu għall-Grupp 1 ta’ Kwalifikazzjoni għall-21 edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena 2015/17.

 

It-tim nazzjonali Malti jħalli pajjiżna t-Tlieta 9 ta’ Ġunju 2015 fil-11.00am, f’titjira diretta lejn Istanbul, it-Turkija. Minn hemmhekk jaqbad titjira oħra diretta lejn Chisinau, fil-Moldova.

 

Malta tilgħab l-ewwel partita minn dan il-Grupp il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015 f’Zimbru Stadium, f’Chisinau fis-6.00pm, ħin lokali. Qabel din il-partita, it-tim Malti se jitħarreġ darbtejn filwaqt li jitħarreġ darbtejn wara, qabel ma jitlaq lejn il-Latvja.

 

It-tim Malti jtir lejn Riga, fil-Latvja s-Sibt 13 ta’ Ġunju u jilgħab it-tieni partita minn dan il-Grupp it-Tlieta 16 ta’ Ġunju fil-5.30pm, ħin lokali.

 

Il-kontinġent Malti se jkun immexxi minn Alex Manfre’, bħala Viċi President u Kap tad-Delegazzjoni.

 

L-iskwadra proviżorja li sejjaħ Silvio Vella, flimkien mal-istaff tekniku hi: (L-iskwadra finali ta' 18-il plejer tissejjaħ fis-sigħat li ġejjin)


 

 

Name of Player Present Club
Gowlkipers  
Borg Jurgen Hibernians FC
Cini Yenz Valletta FC
Calleja Cremona Matthew Floriana FC
Schranz Philip Melita FC
Difensuri  
Arab Samir Valletta FC
Attard Cain Pieta' Hotspurs FC
Briffa Emanuel Floriana FC
Mckay Godwin Balzan FC
Micallef Karl Pieta' Hotspurs FC
Johnson Michael St. Andrews FC
Zerafa Daniel Birkirkara FC
Midfielders  
Agius Terence Balzan FC
 Borg Conor Floriana FC
Brincat James Mosta FC
 Camenzuli Ryan Birkirkara FC
Cesare Kyle Pieta' Hotspurs FC
Cremona Llewelyn Valletta F.C.
Grech Jake Hamrun Spartans FC
Guillaumier Matthew St. Andrews FC
Muscat Brandon Hibernians FC
Attakkanti  
Degabriele Jurgen Hibernians FC
Friggieri Aidan Sliema Wanderers FC
 Mbong Joseph Hibernians FC
Montebello Luke Valletta FC
Zammit Kurt Birkirkara FC
Staff Tekniku  
Vella Silvio Malta U21 Coach
Turner Noel Assistant Coach
Agius Simon Goalkeepers Coach
Buttigieg Mark Physical Trainer
McKean Daniel Team Doctor
Vella Sandro Physiotherapist
Ancilleri Aaron Masseur
Ciantar Frank Kit Manager
Abela Jesmond Team Manager
Official Sponsors
Commercial Partners