Malta Football Association
NEWS:
Tim nazzjonali A: L-aħħar preparamenti
Jun 5, 2015
Posted in:
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija ta’ Pietro Ghedin jinsab fl-aqwa tiegħu hekk kif għal dawn l-aħħar jiem, il-grupp ta’ plejers li sejjaħ għal dawn iż-żewġ partiti kontra l-Litwanja u l-Bulgarija tħarreġ iebes taħt l-assistenza ta’ Ray Farrugia, Luca Pagani u Charles Sciberras, li kollha kemm huma jiffurmaw parti mill-istaff tekniku tat-Taljan.


 

Il-kontinġent sħiħ ta’ Malta jinġabar għada f’irtir f’waħda mil-lukandi ewlenien f’pajjiżna u jibqa' magħqud sal-ġurnata tat-12 ta’ Ġunju, meta nilagħbu kontra l-Bulgarija. Sadanittant, Malta tilgħab partita ta’ ħbiberija t-Tnejn 8 ta’ Ġunju kontra l-Litwanja. Il-Litwani se jaslu f’pajjiżna s-Sibt filgħodu u jitilqu t-Tlieta 9 ta’ Ġunju, l-għada tal-partita.

 

Intant, l-istazzjon nazzjonali TVM 2, il-Ħadd filgħaxija se jagħmel edizzjoni speċjali tal-programm Kontrattakk fuq it-tim nazzjonali Malti, fejn fost il-mistidnien fl-istudio se jkun hemm Bjorn Vassallo, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA u Robert Gatt, id-Direttur Tekniku. F’dan il-programm se jsiru kollegamenti diretti mal-lukanda fejn se jkunu alloġġjati l-plejers b’intervisti esklussivi. Intant, Ghedin flimkien ma’ żewġ plejers nazzjonali jagħtu l-aħħar reazzjonijiet tagħhom qabel din il-partita l-Ħadd 7 ta’ Ġunju fl-4.30pm, f’konferenza stampa miftuħa għall-media fl-Isadium Nazzjonali.

 

Malta tilgħab kontra l-Litwanja t-Tnejn 8 ta’ Ġunju 2015, fit-8.00pm, fl-Istadium Nazzjonali. Il-partita hi waħda ta’ ħbiberija u se tkun ikkontrollata mir-referee Sven Bindels, mill-Federazzjoni tal-Lussemburgu.

 

It-tieni partita ta’ Malta tintlagħab il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015, kontra l-Bulgarija, u din tkun is-sitt partita minn Grupp H ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Aktar dettalji fuq din il-partita għadhom iridu jaslu lill-MFA mill-UEFA. Għal din il-partita, Ghedin u xi plejers nazzjonali se jagħtu l-aħħar reazzjoni tagħhom f'konferenza stampa l-Ħamis 11 ta' Ġunju fl-4.30pm.

 

L-iskwadra proviżorja msejħa minn Ghedin, flimkien mal-istaff tekniku għal dawn iż-żewġ partiti huma: (L-iskwadra finali tissejjaħ fis-sigħat li ġejjin)

 

 

Gowlkipers DOB Club 
Justin Haber  09/06/1981 Birkirkara 
Henry Bonello 13/10/1988 Hibernians 
Glenn Zammit 05/08/1987 Sliema
Difensuri    
Andrei Agius  12/08/1986 Hibernians
Clifford Gatt Baldacchino  09/02/1988 Sliema
Clive Brincat  31/05/1983 Balzan 
Ryan Camilleri  22/05/1988 Valletta
Clayton Failla  08/01/1986 Hibernians
Edward Herrera 14/11/1986 Birkirkara 
Alex Muscat  14/12/1984 Sliema
Zach Muscat  22/08/1993 Birkirkara 
Joseph Zerafa 31/05/1988 Birkirkara 
Midfielders    
Firas Abouless 25/07/1985 Tarxien
Roderick Briffa  24/08/1981 Valletta 
Paul Fenech  20/12/1986 Birkirkara 
Bjorn Kristensen 05/04/1993 Hibernians 
Rowen Muscat  05/06/1991 Birkirkara 
Stephen Pisani 07/08/1992 Floriana
Andre' Schembri  27/05/1986 Omonia Nicosia
Ryan Scicluna  30/07/1993 Birkirkara 
Attakkanti    
Andrew Cohen  13/05/1981 Hibernians
Alfred Effiong 29/11/1984 Qormi 
Michael Mifsud  17/04/1981 Sliema
Terence Vella 20/04/1990 Birkirkara 

 

Kowċ: Pietro Ghedin

Ass. Kowċ: Ray Farrugia

Gowlkipers Kowċ: Charles Sciberras

Team Manager: Ivan Vella

Media Officer: Mark Attard

Pysical Trainer: Luca Pagani

Tabib: David Attard

Fiżjoterapista: Joseph St. John

Masseur: Anthony Gambin

Masseur: Anthony Gambin

Kit Manager: Mark Piscopo

Official Sponsors
Commercial Partners