Archives

Kondoljanzi – Mario Debattista

Published: 07-06-2015 23:30
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Mario Debattista, amministratur fin-nursery ta’ Luxol St Andrew’s FC. Is-Sur Debattista kien ilu għal dawn l-aħħar 20 sena f’diversi nurseries fosthom dik ta’ Hamrun Spartans FC u fi ħdan il-Kunsill tal-Youth FA. Hu kien wieħed minn dawk il-persuni eletti b’mod regolari fil-Kunsill tal-Youth FA f’isem in-nurseries. Is-Sur Debattista kien meqjus minn ħafna bħala raġel sinċier u ta’ prinċipju li dejjem wettaq id-dmirijiet tiegħu b’lealta’ kbira. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Debattista f’mument daqstant diffiċli.