


It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena kellu wirja tajba fl-ewwel ħarġa tiegħu fil-Grupp f'Chisinau, il-Moldova u temm il-partita fi draw ta' 0-0.
Il-partita ntlagħbet fi Stadionul Zimbru u jsegwu liż-żewġ timijiet kien hemm atmosfera sabiħa u partitarji li attendew bi ħġarhom biex jagħtu l-appoġġ lil pajjiżhom.
Iżda l-plejers ta' SIlvio Vella urew determinazzjoni u ħeġġa liema bħala tant li ma sofrewx gowl wieħed u temmew il-partita fi skor ta' 0-0.
Ir-referee tal-partita kien Zaven Hovhannisyan mill-Armenja.
Għada filgħodu, il-kontinġent kollu, jaqbad titjira diretta lejn Riga, fejn fil-jiem li pejjin jilgħab kontra l-Latvja.
It-tim nazzjonali lagħab b'din il-formazzjoni:
Borg, Briffa, Arab, Zerafa, Camenzuli, Montebello, Muscat, Cesare (Agius 79), Guillaimier, Cremona, Attard
