Malta Football Association
NEWS:
STQARRIJA
Jun 13, 2015
Posted in:

 

Il-Malta Football Association tavza illi l-Bord għall-Investigazzjoni ta’ Allegazzjonijiet dwar Tixħim fil-Football tal-Malta FA, il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju 2015, ta żewġ deċiżjonijiet. 


 

Fl-ewwel deċiżjoni, fl-ismijiet Malta FA vs Anthony Sam Portelli, il-Bord iddeċieda kif ġej:

                                   

“Mill-provi mismugħa kif ukoll mill-ammissjoni ta’ Anthony Sam Portelli quddiem il-Bord ma jħalli ebda dubbju liAnthony Sam Portelli għandu jinstab ħati kif mixli u cioe’:

 

You are being charged with involvement in a corrupt act or practice as defined in Article 2 and 3 of the Regulations on Bribery and Betting Regarding Football Matches when prior to the match between Nadur Youngsters FC and Xewkija Tigers FC on the 7th February 2015 you (then Secretary of Nadur Youngsters FC) offered an amount of consideration to Mr Peter Buttigieg, player of Xewkija Tigers FC with the intention that such player in any manner whatsoever, influences or changes in an unsporting manner the normal course of the result of the said match and that of the match between the same teams of the 22nd March 2015 and this in breach of Articles 2, 3 and 6 of the Regulations on Bribery and Betting regading football matches.

 

Illi f’dawn iċ-ċirkostanzi, għalhekk, dan il-Bord, wara li ra r-Regolamenti dwar Tixħim u logħob illegali fil-logħbiet tal-Futbol, senjatament l-artiklu 2, 3 u 6 tal-istess jaqta’ u jiddeċiedi l-każ in eżami billi jsib lill-imputat Anthony Sam Portelli ħati tal-akkużi kif miġjuba kontra tiegħu u jikkundannah għal sospensjoni għall-għomor minn kull funzjoni fil-Gozo Footall Association jew fil-Malta Football Association kif jipprovdu l-istess regolament.”  

 

Fit-tieni deċiżjoni, fl-ismijiet Malta FA vs Nadur Youngsters FC, il-Bord iddeċieda kif ġej:

 

Mill-provimismugħa kif ukoll mill-ammissjoni ta’ Anthony Sam Portelli quddiem il-Bord ma jħalli ebda dubbju liAnthony Sam Portelli għandu jinstab ħati kif mixli u d-deċiżjoni dwar dawn l-akkużi ġew deċiżi separatament.

Ir-regolament tal-Malta Football Association huma ċari u ma jħallu ebda ekwivoku li jekk uffiċjal tal-klabb jinstab ħati ta’ korruzzjoni fil-futbol, il-ħtija tinġarr ukoll mill-klabb li tiegħu l-uffiċjal jifforma partiGhaldaqstant il-Bord jiddeċiedi illi jsib lill-Nadur Youngsters FC ħatja ta’ l-akkużi u cioe’:

 

Nadur Youngsters FC are being charged to have acted in breach of Article 4 of the Regulations on Bribery and Betting Regarding Football Matches when Mr Anthony Sam Portelli, ex Secretary of Nadur Youngsters FC, involved himself in a corrupt act or practice as defined in the said regulations when prior to the match between Nadur Youngsters FC and Xewkija Tigers FC on the 7th February 2015 you (then Secretary of Nadur Youngsters FC) offered an amount of consideration to Mr Peter Buttigieg, player of Xewkija Tigers FC, with the intention that such player in any manner whatsoever influences or changes in an unsporting manner the normal course of the result of the said match and that of the match between the same teams of the 22nd March 2015.” and this in breach of Article 2, 3 and 6 of the Regulations on Bribery and Betting regarding football matches.

 

Il-Bord iħoss li l-akkużi ta’ korruzzjoni hija pjaga speċjalment fl-isport u kull deċiżjoni iebsa kemm hi iebsa għandha tkun bl-intenzjoni waħda li dawn l-abbużi jinqataw darba għal dejjem u possibbilment jispiċċaw. Kull min għandu r-responsabbilta’ li jiddeċiedi ma jistax ikun ħanin iżżejjed. Ir-regolamenti jsiru biex dawn jiġu osservati u mhux biex sempliċiment jinkitbu.

 

Illi f’dawn iċ-ċirkostanzi, għalhekk, dan il-Bord, wara li ra r-Regolamenti dwar Tixħim u logħob illegali fil-logħbiet tal-Futbol, senjatament l-artiklu 2, 3 u 6 tal-istess Regolamenti jaqta’ u jiddeċiedi l-każ in eżami billi jsib lill-Nadur Youngsters FC ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom u jikkundannahom billi jiġu dimessi mill-Kampjonat tal-Ewwel għall-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni tal-futbol f’Għawdex kif ukoll jiġu mmultati s-somma ta’ erbat elef Euro (€4,000).”

 

Il-Bord kien kompost mis-Sur Joseph M. Azzopardi (Chairman), Dr. Vincent Micallef u s-Sur Ronnie Abela.

Official Sponsors
Commercial Partners