


Proprju illum fil-5.30pm ħin lokali, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, immexxi minn Silvio Vella se jilgħab it-tieni partita tiegħu minn Grupp 1 ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2015/17 kontra l-Latvja.
Din se tkun it-tieni partita minn dan il-Grupp wara d-draw ta' 0-0 tal-ġimgħa l-oħra kontra l-Moldova, li bih ġie akkwistat l-ewwel punt f'din il-kompetizzjoni.
Il-partita se tintlagħab fid-Daugava Liepaja Stadium, f'Liepaja, il-Latvja u tibda fil-5.30pm, ħin lokali u tista' tinqabad diretta fuq il-live streaming SPORTACENTRS.COM (imbgħad tiklikkja fuq is-sezzjoni tat-TV)
It-tim nazzjonali Malti tħarreġ għall-aħħar darba lbieraħ fis-6.30pm f'dan l-istess stadium li jinsab viċin il-lukanda fejn hemm alloġġjat it-tim Malti.
Il-kontinġent sħiħ jidħol lura f'Malta għada għal ħabta tas-1.00pm.
