Malta Football Association
NEWS:
Kompetizzjonijiet Ewropej: Il-Maltin jippreparaw
Jun 24, 2015
Posted in:

Hibernians FC, Valletta FC, Birkirkara FC u Balzan FC...huma l-erba’ timijiet li se jirraprepreżentaw lil pajjiżna fil-kompetizzjonijiet Ewropej f’dan l-istaġun.

 

Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti se jagħmlu dan fiċ-Champions League, mentri t-tlieta l-oħra se jikkompetu fl-Europa League.

 

L-avventura għall-erbgħa li huma tibda ftit tal-jiem oħra, għaldaqstant kollha kemm huma diġa’ bdew l-istaġun bil-pre season. Il-ġranet tant importanti ta’ dawn il-partiti m’humiex fil-bogħod.


 

Champions League

Hibernians FC jilagħbu kontra Maccabi Tel-Avib tal-Iżrael fl-14 ta’ Lulju 2015 fil-Hibernians Stadium. Il-ħin għadu mhux uffiċjali.

 

Europa League

Balzan FC kontra FK Željezničar tal-Bosnija tintlagħab it-Tlieta 30ta’ Ġunju 2015fil-Hibernians Stadium fis-5.45pm.

 

Birkirkara FC kontra Ulisses FC tal-Armenja tintlagħab il-Hamis 2 ta’ Lulju 2015 fil-Hibernians Stadium fid-8.45pm.

 

Valletta FC kontra Newtown AFC ta’ Wales tintlagħab il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2015 fil-Hibernians Stadium u tibda fid-8.45pm.

Official Sponsors
Commercial Partners