Malta Football Association
NEWS:
AVVIŻ - MARSAXLOKK FC
Jun 27, 2015
Posted in:

 

Il-Malta Football Association tavża li waqt laqgħa tal-Member Status Committee tal-MFA, li fiha ġiet diskussa s-sitwazzjoni preżenti ta’ Marsaxlokk FC, ġie deċiż li għandha ssir laqgħa ta’ informazzjoni, il-Hamis 2 ta’ Lulju 2015, fis-6:30pm, fil-bini ta’ Marsaxlokk FC.

 

Il-laqgħa se titmexxa minn Dr. Chris Bonett, Viċi-President tal-Malta Football Association, u fiha se jingħataw dettalji dwar x’se jkunu l-passi li jmiss biex il-klabb ta’ Marsaxlokk FC jitpoġġa fuq sisien sodi.

 

Kulħadd mistieden biex jattendi.

 

Biex kulħadd ikun jista’ jesprimi ruħu bl-akbar liberta’, ir-rappreżentanti tal-media mhux se jitħallew jattendu għal din il-laqgħa.


Official Sponsors
Commercial Partners