Malta Football Association
NEWS:
Beach Soccer - Tim Nazzjonali Malti
Jun 28, 2015
Posted in:

 

It-Tim Nazzjonali tal-Beach Soccer din is-sena se jkun qed jipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-Mediteranean Beach Games. Dawn il-logħob se jiġu organizzati bejn l-aħħar ta’ Awwissuu l-bidu ta’ Settembru f’Pescara.

 

Din se tkun l-ewwel darba li t-tim nazzjonali tal-Beach Soccer se jieħu sehem f’dawn it-tip ta’ logħob barra minn xtutna, allura il-kumitat ħaseb biex biex jorganizza training camp ta’ erbat ijiem fi Viareggo.

 

Dan it-training se jkun bejn is-27 u t-30 ta’ Ġunju. Bħalissa, t-tim nazzjonali qed jitħarreġtliet darbiet fil-ġimgħa fuq il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa.

 

L-għaxar plejers li se jmorru t-training camp huma Roderick Camilleri, Ivan Cassar, Diego Armando Cucciardi, Julian Briffa, Ronald Spina, George Frendo, Gilbert Martin, Ronnie Celeste, Mark Camilleri and Justin Camilleri .

 

Il-Malta Beach Soccer Association tirringrazja lill-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) u lill-Malta Football Association għax flimkien emmnu f’dan it-tim u dan seta’jseħħbl-għajnuna tagħhom. 


Official Sponsors
Commercial Partners