Archives

Futbol tan-nisa: Hibernians FC fi Grupp 3

Published: 30-06-2015 13:00
image1 (102)
 Hibernians FC ittellgħu biex jilagħbu fi Grupp 3 tal-UEFA Champions League tan-nisa għall-istaġun li ġej. Fl-istess Grupp magħhom, it-tim minn Raħal Ġdid se jkollu lil Apollon Limassol ta’Ċipru, Stiarnan tal-Iżlanda u KI Klaksvik tal-Gżejjer Faroe. Fatt interessanti f’din il-polza se tkun li mat-tim Ciprijott tilgħab il-Maltija Rachel Cuschieri.  Il-Grupp kollha telgħu hekk: Grupp 1: Konak Belediyespor (TUR), WFC SFK 2000 Sarajevo (BIH)*, FC Minsk (BLR), KS Vllaznia (ALB)Grupp 2: FC PAOK (GRE), FC NSA Sofia (BUL), Glentoran Belfast United WFC (NIR)*, ŽFK Dragon 2014 (MKD)Grupp 3: Apollon Limassol LFC (CYP)*, Stjarnan (ISL), KÍ Klaksvík (FRO), Hibernians FC (MLT)Grupp 4: FC Twente (NED)*, ASA Tel-Aviv University SC (ISR), Ferencvárosi TC (HUN), FC Jeunesse Jonglënster (LUX)Grupp 5: Olimpia UT Cluj-Napoca (ROU), WFC Pomurje (SVN)*, Pärnu JK (EST), WFC Ekonomist (MNE)Grupp 6: ŽFK Spartak (SRB), WFC Osijek (CRO)*, CF Benfica (POR), CSF Noroc Nimoreni (MDA)Grupp 7: Gintra Universitetas (LTU), KKPK Medyk Konin (POL)*, Wexford Youths WFC (IRL), Cardiff Met LAFC (WAL)Grupp 8: PK-35 Vantaa (FIN)*, WFC Kharkiv (UKR), FC Union Nové Zámky (SVK), Rīgas FS (LVA) Il-partiti jintlagħbu kollha bejn il-11 u s-16 ta’ Awwissu u r-rebbieħa ta’ kull grupp jikkwalifikaw għat-tieni rawnd flimkien mal-15-il tim li għandhom l-aktar ranking ogħli tal-UEFA. Ħames timijiet minn dawn li qed jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni din is-sena qegħdin jagħmlu d-debutt fir-rawnd tal-kwalifikazzjoni. Dawn huma il-Benfica, il-Ferencváros,il-Wexford Youths, id-Dragon 2014, u l-Jeunesse Junginster.