Archives

Europa League: Balzan FC 0 vs FK Zeljeznikar 2

Published: 01-07-2015 10:40
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Fl-ewwel esperjenza tagħhom fl-Istorja Ewropea, Balzan FC tilfu l-ewwel leg tal-Europa Leagua kontra FK Zeljeznikar tal-Bosnija bl-iskor ta' 2-0, f'partita li ntlagħbet ilbieraħ fil-Hibernians Stadium f'Kordin, u li bdiet fis-5.45pm. Il-kontinġent ta' Balzan FC issa jitlaq lejn il-Bosnija t-Tlieta li ġej biex il-Ħamis jilgħab it-tieni leg, li fil-verita' se tkun kwalifikazzjoni diffiċli ħafna. Balzan FC kellhom diversi plejers neqsien, fosthom Bojan Kaljevic u Ryan Fenech u biex tkompli ma' dan, huma sfaw gowl minn taħt minn penalty dubjuż wara żewġ minuti logħob. L-avversarji rduppjaw fit-13-il minuta. Fit-tieni taqsima l-Balzanin wetqu reazzjoni li iżda ma kinitx biżżejjed biex tal-inqas jiskurjaw gowl li jerġa' jdaħħalhom fil-konfront.