


It-tim nazzjonali Malti tal-futsal se jkun qiegħed jilgħab fi Grupp C kontra Franza, il-LItwanja u l-Albanija fil-Grupp validu għall-FIFA futsal World Cup 2016 fil-Kolombja.
Il-partiti ta’ Malta se jintlagħbu kollha fil-Litwanja, il-pajjiż li se jospita l-partiti minn dan il-Grupp.
Għat-tlugħ tal-poloz, Malta kienet rappreżentata minn Mark Borg, President tal-Futsal Malta Association.
Il-Gruppi kollha mir-rawnd preliminari hekk kif ittellgħu lbieraħ huma dawn:
Grupp A: Georgia, Moldova, Andorra, Gibraltar
Grupp B: Greece, Montenegro, Sweden, San Marino
Grupp C: France, Lithuania*, Albania, Malta
Grupp D: Latvia, Armenia, Cyprus*, Estonia
Grupp E: Israel*, England, Denmark, Wales
Grupp F: Finland, Bulgaria, Switzerland
It-tieni fażi qabel ma jkunu magħrufa l-finalisti li se jipparteċipaw fit-Tazza tad-Dinja trid tintlagħab bejn il-pajjiżi ‘seeded’ (hawn isfel) u r-rebbieħa ta’ kull Grupp ta’ preliminari.
Grupp 1: Ukraine, Hungary*, Belgium, winner Group E
Grupp 2: Croatia*, Azerbaijan, Belarus, winner Group B
Grupp 3: Russia, Serbia, Turkey*, winner Group F
Grupp 4: Spain, Netherlands*, Bosnia and Herzegovina, winner Group D
Grupp 5: Czech Republic*, Slovenia, Kazakhstan, winner Group C
Grupp 6: Portugal*, Romania, Poland, Norway
Grupp 7: Italy*, Slovakia, FYR Macedonia, winners Group A
Il-partiti preliminari se jintlagħbu bejn it-22 u l-25 ta’ Ottubru li ġej.
