Malta Football Association
NEWS:
Jibda l-logħob tal-Fisec 2015
Jul 9, 2015
Posted in:

 

Illum, f’pajjiżna, beda l-logħob tal-FISEC 2015, fejn Malta qiegħda tipparteċipa f’diversi dixxipplini sportivi, fosthom il-futbol. L-isport l-ieħor kollu li qegħdin nikkompetu fih hu l-futsal, il-basketball, il-volleyball, l-atletika u l-għawm.

 

Il-partiti qegħdin jiltagħbu fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, u t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena qiegħed jieħu sehem taħt l-isem ta’ Malta A mentri dak ta’ taħt is-16-il sena qed jieħu sehem taħt l-isem Malta B.

 

Dalgħodu fit-8.30pm, intlagħbet l-ewwel partita bejn Malta A u Malta B li ntemmet 1-1 biex it-tim B rebaħ 4-3 wara l-għoti tal-penalties.

 

Flimkien ma’ Malta A u B qegħdin jikkompetu l-Brażil, l-Olanda u l-Gran Brittanja.

 

Fl-4.30pm, Malta A jilagħbu kontra l-Olanda mentri Malta B jilagħbu kontra l-Brażil.


Official Sponsors
Commercial Partners