Malta Football Association
NEWS:
Fisec Games 2015: Rebħa u telfa għal Malta
Jul 10, 2015
Posted in:
Rotratti: Domenic Aquilina
Rotratti: Domenic Aquilina

  • Rotratti: Domenic Aquilina

 

Ilbieraħ filgħaxija tkomplew il-logħob tal-Fisec 2015, bil-futbol u t-timijiet nazzjonali ta’ Malta li reġgħu kienu fix-xena b’żewġ partiti oħra.

 

It-tim nazzjonali ta’ Malta A rebaħ l-ewwel konfront kontra l-Olanda bl-iskor ta’ 3-1. Huma rnexxielhom jirbħu wkoll bl-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 3-1.

 

It-tim nazzjonali B tilef fit-tieni partita kontra l-Brażil bi skor ta’ 3-0 iżda mbagħad rebaħ fl-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-3.

 

Fiż-żewġ partiti, it-timijiet nazzjonali Maltin lagħbu futbol sabiħ. It-tim ta’ Malta A ddomina l-partita u kellu fejn jiskurja ħafna aktar.

 

Fit-tieni partita, tim B kellu wirja inkoraġġanti wkoll iżda sofra ġafna min-nuqqas ta’ teknika meta kkumparat mal-Brażiljani, iżda m’hemmx dubju li din l-esperjenza se sservi ta’ ġid kbir għall-plejers Maltin.

 

It-tournament jitkompla għada bi tliet partiti oħra fit-8.30am, fil-5.30pm u fis-7.00pm.


Official Sponsors
Commercial Partners