Malta Football Association
NEWS:
Staġun 2014/15: Nuqqas ta’ 1% fl-attendenzi
Jul 11, 2015
Posted in:
General
Leagues
BOV Premier League
BOV Challenge League
BOV Amateur League A
BOV Amateur League B
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

 

L-istaġun 2014/15 li għadu kemm intemm, irreġistra nuqqas ta’1% fit-total kollu tal-attendenzi meta kkumparat mal-istaġun 2013/14.


 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, żvela din l-informazzjoni dalgħodu f’konferenza stampa li sejħet l-Assoċjazzjoni biex jittellgħu l-poloz tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni.

 

Vassallo qal il-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, il-finali tas-Super Cup u l-partiti tal-FA Trophy kellhom żidiet minimi mentri l kumplament kellhom nuqqas minimu wkoll.

 

Dan jattribbwixxi għall-fatt li l-finali tas-Super Cup u l-partiti tal-FA Trophy setgħu kienu xi ftit ta’ attrazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel, mentri l-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni baqa’ missielet sal-aħħar u fih lagħab il-klabb ta’ Hamrun Spartans FC, li hu rinomat li jġorr miegħu numru sabiħ ta’ partitarji għal kull partita.

 

“Għaldaqstant, wieħed jista’ jgħid li bqajna fl-istess livelli tas-sena ta’ qabel,” qal Vassallo.

Official Sponsors
Commercial Partners