


Jittellgħu l-poloz tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Dalgħodu ttellgħu l-poloz tal-Kampjonati BOV tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Diviżjoni wara li f’Ġunju kienu diġa’ telgħu l-poloz tal-Kampjonat BOV Premier fis-serata tal-MFA Awards.
F’din il-konferenza tkellmu Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA u Charles Borg, Kap Eżekuttiv tal-Bank Of Valletta.
Vassallo qal li jinsab sodisfatt li l-MFA reġgħet qeda viċin li tilħaq ftehim ieħor mal-Bank Of Valletta għat-tliet snin li ġejjin u dan jawgura tajjeb għal dan l-isport f’pajjiżna li hu l-aktar segwiet u l-aktar popolari.
“Għandi biss kliem ta’ tifħier lejn il-Bank Of Valletta tal-appoġġ li dejjem sibna mingħand persuni bħas-Sur Borg. F’dawn l-aħħar snin għamilna ħafna xogħol biex inkomplu nkabbru l-futbol f’pajjiżna u se nkomplu nagħmlu dan fiż-żmien li ġej,” qal Vassallo.
Charles Borg, f’isem il-Bank Of Valletta irringrazzja lill-amministraturi kollha tal-klabbs lokali li jaħdmu għall-ġid tal-logħba tal-futbol. Hu qal li importanti li f’kull klabb ikun hemm nies ta’ stoffa u nies kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet fil-mument meta l-aktar ikun hemm bżonn.
“Bħala BOV aħna dejjem inkunu minn ta’ quddiem biex ngħinu fl-isport. Minbarra l-futbol aħna ngħinu wkoll sprt ieħor bħall-basketball u l-waterpolo. U nagħmlu dan għax irridu naraw li l-isport jibqa’ javvanza f’pajjiżna u konvinti li qed isir dan,” qal Borg.
Wara d-diskors ta’ Vassallo u Borg, kien imiss lil Rodney Pisani biex jispjega l-andament tal-poloz u l-mod kif se jiġu mtella’.
Intant, l-ewwel partita ta’ kull tim se tkun din:
L-Ewwel Diviżjoni
Fgura U. FC vs Hamrun Spartans FC
Rabat Ajax FC vs St. George’s FC
San Gwann FC vs Zebbug Rangers FC
Gzira Utd FC vs Lija Athletic FC
Vittoriosa Stars FC vs Pieta’ Hotspurs FC
Senglea Athletics FC vs Mqabba FC
Gudja Utd FC vs Melita FC
It-Tieni Diviżjoni
Sirens FC vs Siggiewi FC
Mgarr FC vs Birzebbuga FC
Kirkop FC vs Qrendi FC
Zurrieq FC vs Zabbar FC
Msida St. Joseph FC vs Mellieha FC
Zejtun Corinthians FC vs Marsa FC
Għargħur FC vs Swieqi FC
It-Tielet Diviżjoni
Kalkara FC vs Xagħjra Tornadoes FC
Attard FC vs Dingli Swallows FC
St. Lucia FC vs St. Venera Lightnings FC
Marsascala FC vs Mtarfa FC
Ta’ Xbiex FC vs Luqa St. Andrews FC
Mdina Knights FC vs Marsaxlokk FC
* Għaxaq FC jistrieħu fl-ewwel ġurnata
