Malta Football Association
NEWS:
UEFA CL: Wirja kbira u rebħa importanti għal Hibernians FC
Jul 15, 2015
Posted in:
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ilbieraħ kellhom wirja kbira u konvinċenti u dawru dik li sal-ewwel taqsima dehret li se tkun telfa kontra ċ-championa tal-Iżrael Maccabi Tel Aviv, f’rebħa ta’ 2-1.

 

Kienet festa kbira għall-poplu Pawlist li ġie bi ħġaru fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, u ra lill-benjamini tiegħu iwettqu wirja ta’ klassi li ħallitielhom tama li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd tal-UEFA Champions League 2015/16.

 

It-tim ta’ Nisevic temm l-ewwel taqsima minn taħt, iżda fit-tieni taqsima tejjeb il-prestazzjoni tiegħu u dehru tim trasformat għal kollox, determinati li f’Malta jagħmlu xi ħaġa tajba, iġibu l-gowl tad-draw u eventwalment jippruvaw anki jirbħu l-partita.

 

U dan kollu rnexxielhom bil-kbir. Hibernians FC ġabu l-gowl tad-draw kwarta mit-tmiem meta Jackson Lima, fost l-aqwa plejers fil-grawnd, qabeż plejer mal-linja u tefa’ cross meqjus, b’Jorginho jidħol bil-ġirja biex bir-ras tefa’ fix-xibka.

 

Il-Maltin skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-86 minuta. Kien freekick perfett ta’ Cohen f’nofs il-kaxxa u Jackson Lima bir-ras għola fuq kulħadd u tefa’ fix-xibka.

 

Il-kontinġent Pawlist jitlaq lejn l-Iżrael is-SIbt li ġej. It-Tlieta jintlagħab it-tieni leg f’Tel Aviv. 


Official Sponsors
Commercial Partners