Malta Football Association
NEWS:
Laqgħa Ġenerali Annwali 2015...b'mod dirett
Jul 17, 2015
Posted in:
RItratti: Domenic Aquilina
RItratti: Domenic Aquilina

  • RItratti: Domenic Aquilina
  • Ritratti: Domenic Aquilina

Mark Attard

 

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, fetaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2015, billi sellem lill-klabbs u lill-persuni kollha preżenti fis-sala Ballroom tal-Westin Dragonara Resort, fejn din is-sena qiegħda tiltaqa' din il-Laqgħa.

 

Il-President tal-MFA għamel tislija speċjali lil Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti u lil Giancarlo Abete, Viċi President tal-UEFA u eks-President tal-FiGC, li ntbagħat mill-UEFA bħala osservatur għal-Laqgħa Ġenerali ta' Malta.


 

Darmanin Demajo kompla l-indirizz qasir tiegħu billi feraħ lill-klabbs Maltin kollha li pparteċipaw fil-partiti Ewropej tal-UEFA, Birkirkara FC, Balzan FC u Valletta FC fl-Europa League u Hibernians FC fiċ-Champions League. Il-President tal-MFA qal li jħossu kburi li jara klabbs Maltin jagħmlu tant unur lil pajjiżna u faħħar b'mod speċjali l-wirja li għamlu Hibernians FC t-Tlieta li għadda u dik tal-bieraħ ta' Birkirkara FC li għamlu f'Upton Park ta' Londra kontra West Ham United. 

 

Fost iċ-ċapċip tal-kamra, Darmanin Demajo qal,

"Ftit jafu li jien partitarju ta' West Ham United. Iżda nassigurakom li xejn ma jagħtini aktar pjaċir kieku Birkirkara FC kellhom jeliminaw lit-tim Ingliż. Jien favur dak kollu li hu ta' ġid għall-futbol Malti u għalhekk irrid ngħid u nagħti prosit kbira lil Birkirkara għal dak li għamlu lbieraħ," qal Darmanin Demajo.

 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, kien imiss li jitla' jindirizza lill-kamra u jippreżenta r-Rapport Amministrattiv.

Vassallo qal li l-Assoċjazzjoni hi waħda "ħajja u progressiva." Hu qal li din kienet sena oħra ta' ħidma favur l-iżvilupp u t-tiġdid tal-logħba tal-futbol f'pajjiżna. 

"Kienet sena importanti ħafna fejn laħqet il-qofol tagħha fit-13 ta' Mejju meta vot qawwi u unanimu fil-Kunsill tal-MFA wassal biex kienet approvata riforma vitali mmirata lejn l-esiġenzi tal-plejers u l-klabbs, jiġifieri l-impjegati u dawk li joffrulhom ix-xogħol," qal Vassallo. 

Vassallo qal li l-Player Status Reform waslet wara li ftit tas-snin ilu l-MFA preżentat u mplimentat il-Financial Fair Play, regolamenti li jissalvagwardjaw il-finanzi u l-liċenzjar tal-klabbs.  

Vassallo qal li s-sena kienet ukoll ikkaratterizzata minn avveniment ieħor ta' importanza meta fi Frar, l-MFA, il-klabbs lokali kollha u rrapreżentanti tal-plejers, iltaqgħu madwar mejda fi Djalogu Speċjali organizzat mill-UEFA bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti barranin fosthom il-FIFPRO u l-EPFL.

Vassallo qal ukoll li matul l-istaġun li għadda l-MFA fakkret ukoll il-100 kampjonat tagħha li ntrebaħ minn Hibernians FC. Hu fakkar li "waħda mill-ikbar sfidi li kellha u se jibqa' jkollha l-MFA matul is-snin li ġejjin se tkun dik biex insalvaw l-integrita' tal-logħba u ħadd u xejn mhu se jwaqqaf lill-MFA milli jkollha futbol nadif f'kull livelli", qal Vassallo.  Hu qal li rigward dan kollu nħoloq Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali. 

 

Ir-Rapport għadda għall-approvazzjoni tal-kamra u kulħadd kien favur.

 

Rapport Finanzjarju 2015

 

Dħul - 5,715, 241

Għotja mill-Gvern - 808, 636

Ħruġ - (4,918, 320) 

Spejjeż finanzjarji (interessi) - (168,418)

Spejjeż fil-klabbs - (2,278,740)

-----------------------------------------

Ħruġ iktar minn dħul wara d-dipprezzament ta' 878,421 - (841,601)

---------------------------------------------------------

L-MFA għamlet profitt f'cash ta' 36,820 euro

--------------------------------------------------------- 

Ir-Rapport Finanzjarju mressaq mit-Teżorier Ivan Mizzi ġie approvat mill-Kamra kollha b'mod unanimu. Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, is-Sur Mizzi rringrazzja lil Kurt Loporto, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA fil-qasam tal-Finanzi  u lil Vincent Curmi & Associates, l-Awdituri tal-MFA. 

 

Elezzjoni għall-Eżekuttiv MFA 2015/16 Overall

Il-Kamra għaddiet għat-tema li jmiss li kienet l-elezzjoni għall-membri tal-Eżekuttiv tal-MFA 2015/16. Ikkontestaw din l-elezzjoni Redino Apap (Qormi FC), Paul Falzon (St. Andrew's FC), Michael Cutajar (St George's FC), Manuel Gauci (Zabbar FC).

 

Voti eliġibbli: 113

Voti validi:112

Eletti: Michael Cutajar (St. George's ) 62, Redeno Apap (Qormi FC) 53

Mhux eletti: Paul Falzon (St. Andrew's) 48, Manuel Gauci (Zabbar) 42

 

B'hekk, Cutajar u Apap se jagħmlu parti mill-Eżekuttiv tal-MFA għall-istaġun li jmiss.

 

Malta Masters Football

 

Bjorn Vassallo, ressaq mozzjoni mressqa mill-KUmitat Eżekuttiv biex il-Malta Masters Football, jibdew jagħmlu parti bħala membri ġodda tal-MFA. Il-kamra aċċettat din il-mozzjoni u b'hekk il-Malta Masters Football iddaħlu bħala membri sħaħ tal-Malta Football Association.

 

Addizzjoni ta' alterazzjonijiet

 

Fl-aħħar tal-Laqgħa, Dr Chris Bonett, ressaq lill-kamra ħames proposti ġodda li ġew diskussi matul is-sena fil-Kunsill tal-MFA matul l-istaġun. Il-proposti ġew approvati kollha mill-kamra.

 

Għeluq

 

Norman Darmanin Demajo għalaq il-Laqgħa b'diskors tiegħu.

Official Sponsors
Commercial Partners