


Nisa: Hibernians FC jibdew kontra Raiders FC

Ilbieraħ, fil-kwartieri tal-Malta Football Association, f'Ta' Qali, ittellgħu l-poloz tal-kampjonati tal-Ewwel Diviżjoni, it-Tieni Diviżjoni u ta' taħt is-16-il sena tan-nisa 2015/16. Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti tan-nisa ittellgħu biex jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra Raiders FC.
Birkirkara FC se jilagħbu l-ewwel partita tagħhom kontra Pembroke FC mentri Kirkop United jilagħbu kontra Mgarr Utd.
Fit-Tieni Diviżjoni, ikollna dawn il-partiti bħala l-ewwel logħba ta' kull klabb tal-kampjonat:
Tarxien Rainbows FC vs Kirkop Utd B
Hamrun Spartans FC vs Mosta FC
Swieqi Utd FC vs Sliema Wanderers FC
Gozo FC (mistrieħ)
Eżattament wara, ittellgħu l-poloz tal-Kampjonat ta' taħt is-16-il sena, b'dawn ikunu l-ewwel partiti tal-kampjonat:
Hamrun Spartans FC vs Raiders (Luxol) FC
Mosta FC vs Pembroke Athleta FC
Birkirkara FC vs Zebbug Rangers FC
Gozo FC vs Kirkop Utd FC
Hibernians FC vs Tarxien Rainbows FC
Mgarr Utd FC vs Kirkop Utd B
