Malta Football Association
NEWS:
Malta fi Grupp F mal-Ingliterra
Jul 25, 2015
Posted in:

Mark Attard, Media Officer

 

Malta ttellgħet biex tilgħab il-partiti ta’kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 fir-Russju fi Grupp F flimkien mal-Ingilterra , is-Slovakkja, l-Iskozja, is-Slovenja u l-Litwanja.

 

L-avveniment tal-poloz madwar id-dinja kollha telgħu ftit tal-ħin ilu u għal Malta kien hemm preżenti Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali u Ivan Vella, Tim Manager.


 

Ikkuntattjat minn dan is-sit, Vassallo ta l-ewwel reazzjoni tiegħu:

“L-aspettattiva ta’ tim kbir matul l-aħħar snin kienet kbira anki għax fl aħħar żewġ gruppi kellna l-Italja. Kulħadd stenna li jkollna tim kbir ieħor u issa għandna l-Ingilterra.

 

“Polza attraenti ħafna anki għax l-oħrajn għandhom livell tajjeb ħafna. L-Ingliżi ċ-ċirasa fuq il-kejk anki għax ilhom ma jiġu hawn ħafna snin f’logħba kompetittiva. Naħseb se tkun okkażjoni importanti biex nikkonfermaw kemm zviluppajna fil futbol,” qal Vassallo.

 

L-Ingliżi kienu lagħbu kontra Malta f’partita kompetittiva lura fi Frar tal-1971 u kienu ġew Malta għall-partita ta’ ħbiberija fl-2000.

 

Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali ta’ Malta qal:

“Timijiet tajbin ħafna u xhieda ta’ dan hu l-fatt li l-Ingilterra, l-Iskozja u s-Slovakkja jinsabu l-ewwel fil-gruppi rispettivi tagħhom Ewropej. Grupp interessati ħafna. Se nippruvaw nagħmlu minn kollox biex inġibu riżultati tajbin ma’ kulħadd.

“L-Ingilterra b’saħħithom ħafna. Fost l-aqwa timijiet tad-dinja. Se tkun okkażżjoni sabiħa għall-Maltin li jaraw lil pajjiżhom jilgħab kontriehom f’Ta’ Qali,” qal Ghedin.

 

Il-gruppi kollha miż-żona Ewropea ttellgħu hekk:

 

Grupp A

Olanda, Franza, Svezja, Bulgarija, Belarus u Lussemburgu

Grupp B

Portugall, Svizzera, Ungerija, Gżejjer Faroe, Latvja u Andorra

Grupp C

Ġermanja, Repubblika Ċeka, Irlanda ta’ Fuq, Norveġja, Azerbaijan u San Marino

Grupp D

Wales, Awstrija, Serbja, Repubblika tal-Irlanda, Moldova u l-Ġorġja

Grupp E

Rumanija, Danimarka, Polonja, Montenegro, Armenja, Khazakistan

Grupp F

Ingilterra, Slovakkja, Skozja, Slovenja, Litwanja u MALTA

Grupp G

Spanja, Italja, Albanija, Izrael, Maċedonja, Leichtestein

Grupp H

Belġju, Bosnija Herzegovina, Greċja, Estonja, Ċipru

Grupp I

Kroazja, Islanda, Ukrajna, Turkija, Fillandja 

Official Sponsors
Commercial Partners