Malta Football Association
NEWS:
Malta vs Ingilterra f'Ta' Qali fl-1 ta' Settembru 2017
Jul 26, 2015
Posted in:

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti se jkun qiegħed jilqa' lit-tim nazzjonali tal-Ingilterra f'pajjiżna l-Ġimgħa l-1 ta' Settembru 2017, f'partita valida mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja fl-2018. Il-partita tibda fid-8.45pm.

 

Il-poloz tal-Gruppi ta' Kwalifikazzjoni telgħu lbieraħ fir-Russju u Malta ġiet fi Grupp F flimkien mal-Ingilterra, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Iskozja u l-Litwanja.

 

Id-dati kollha uffiċjali tal-partiti ta' Malta huma dawn: 


Malta vs Skozja - Il-Ħadd 4 ta' Settembru 2016, fid-8.45pm

Ingilterra vs Malta - Is-Sibt 8 ta' Ottubru 2016, fis-6.00pm

Litwanja vs Malta - It-Tlieta 11 ta' Ottubru 2016, fid-8.45pm

Malta vs Slovenja - Il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016, fid-8.45pm

Malta vs Slovakkja - Il-Ħadd 26 ta' Marzu 2017, fid-8.45pm

Slovenja vs Malta - Is-Sibt 10 ta' Ġunju 2017, fis-6.00pm

Malta vs Ingilterra - Il-Ġimgħa 1 ta' Settembru 2017, fid-8.45pm

Skozja vs Malta - It-Tnejn 4 ta' Settembru 2017, fid-8.45pm

Malta vs Litwanja - Il-Ħamis 5 ta' Ottubru 2017, fid-8.45pm

Slovakkja vs Malta - Il-Ħadd 8 ta' Ottubru 2017, fis-6.00pm 

Official Sponsors
Commercial Partners