Malta Football Association
NEWS:
Gowl fil-bidu ta’ Mbong mhux biżżejjed
Aug 5, 2015
Posted in:

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kellu telfa ta’ 4-1 f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet illum fil-5.00pm f’Baku, l-Azerbaijan kontra l-istess pajjiż. Din kienet l-ewwel partita minn tnejn kontra l-istess żewġ timijiet. Il-partita li jmiss tintlagħab il-Ġimgħa fl-istess ħin.


 

Il-Maltin bdew l-aħjar u anki rnexxilhom imorru fil-vantaġġ minn gowl ta’ Joseph Mbong wara 19-il minuta. Iżda fit-28 minuta, Sadigov ġab id-draw għall-avversarji tagħna, u li minn hemm ’il quddiem qatt ma ħarsu lura. Infatti, żewġ minuta wara, Asadov reġa’ skurja għal Azerbaijan biex l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta’ 2-1.

 

It-tieni taqsima ma setgħetx bdiet agħar għall-Maltin bit-tkeċċija ta’ Nicholas Pulis fit-53 minuta. Ftit tal-ħin wara, l-Azerbaijan ingħataw penalty iżda Matadov ra x-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper Malti Jamie Azzopardi.

 

Madankollu, l-Azerbaijan skurjaw darbtejn oħra minn Jafarov fis-56 minuta u minn gowl ieħor lejn l-aħħar ta’ Ibrahimli.

 

Il-formazzjoni ta’ Malta kienet din:

Jamie Azzopardi, Zachary Brincat (Neil Tabone 71), Daniel Buckle, Juan Carlos Corbolan (David Xuereb 64), Aidan Jake Friggieri (Kieran Xuereb 64), Carlos Grech (Jean Borg 64), Jake Grech (Conor Borg 64), Matthew Gullaimier, Joseph Mbong, Nicholas Pulis, Connor Zammit

Official Sponsors
Commercial Partners