Malta Football Association
NEWS:
Taħt id-19-il sena: Telfa oħra ta' 3-0
Aug 8, 2015
Posted in:

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena kellu telfa oħra ta' 3-0 kontra l-istess tim nazzjonali tal-Azerbaijan li l-Erbgħa li għadda rebaħ fl-ewwel konfront ta' ħbiberija bl-iskor ta' 4-1. Dawn iż-żewġ partiti ntlagħbu f'Baku, l-Azerbaijan.

 

Il-Maltin kellhom l-ewwel taqsima tajba u bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji tant li l-ewwel taqsima ntemmet bi skor ta' mingħajr gowls.

 

Kmieni fit-tieni taqsima, eżattament mad-59 minuta, l-avversarji fetħu l-iskor minn awto-gowl ta' Conor Borg. Iż-żewġ gowls l-oħra waslu fl-aħħar kwarta tal-partita minn Sadigov kwarta mit-tmiem u Huseynov fis-86 minuta.

 

Il-kontinġent Malti irritorna lura f'pajjiżna s-Sibt.


Il-formazzjoni tat-tim Malti kienet din:

 

Timothy Aquilina, Conor Borg, Jean Borg, Zachary Brincat (Aiden Jade Friggieri 55), Nick Ghio, Joseph Mbong (Matthew Gullaimier 51), Nicholas Pulis (Daniel Buckle 82), Neil Tabone (Jake Grech 66), David Xuereb (Corbolan Juan Carlos 70), Kieran Xuereb, Conor Zammit (Carlos Grech 70)

Official Sponsors
Commercial Partners