Malta Football Association
NEWS:
Imut Charles Camilleri, eks-President ta' Valletta FC
Aug 9, 2015
Posted in:
Ritratt: Valletta FC
Ritratt: Valletta FC

 

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Charles Camilleri, eks-President ta’Valletta FC bejn l-2004 u l-2007. Is-Sur Camilleri kien ukoll President tas-Soċjeta’ Filarmonika Nazzjonali, La Vallette.

 

Is-Sur Camillerii kien missier eżemplari, u fuq kollox ġentlom, imprenditur u persuna b’impenn ċiviku b’risq il-Belt Valletta u pajjiżna.

 

L-MFA tibqa’ tiftakar lis-Sur Camilleri bħala raġel u ħabib li b’għemilu u ħidmietu fil-futbol Malti, dejjem prova jgħin lil kulħadd.

 

Il-funeral tas-Sur Camilleri jsir għada t-Tnejn 10 ta’ Awwissu fis-2.00pm, fil-Knisja San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

 

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Camilleri f’mument daqstant diffiċli.


Official Sponsors
Commercial Partners