Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Telfa kbira għal Hibernians FC
Aug 14, 2015
Posted in:
General
BOV Women's 1st Div
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

Hibernians FC, iċ-champions tan-nisa tl-futbol Malti, sofrew telfa kbira ta’ 8-0 kontra Apollon ta’ Ċipru, fl-ewwel partita mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Il-partita ntlagħbet ilbierah fil-Paphiakos Stadium, f’Paphos, Ċipru.


 

Id-differenza bejn iż-żewġ naħat kienet waħda evidenti u aktar ma għadda l-ħin, aktar żdiedet il-pressjoni fuq il-Maltin tant li sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien diġa’ 3-0. Iċ-Ċiprijotti żiedu ħames gowls oħra fit-tieni taqsima, bi tnejn minnhom jaslu proprju mill-Maltija Rachel Cushieri, li tilgħab ma’ dan il-klabb f’Ċipru.

 

Chrysostomau fetħet l-iskor għal Apollon wara ħames minuti logħob u Cameron irduppjat fl-10 minuta. Mal-kwarta logħob, Apollon għaluhom 3-0 b’gowl ieħor ta’ Kynossidou.

 

Violari skurjat ir-raba’ gowl fis-66 minuta u Cuschieri skurjat darbtejn oħra fid-79 u t-82 minuta. L-aħħar żewġ gowl għal Apollon waslu minn Antoniou fis-86 minuta u gowl ieħor ta’ Cameron fid-90 minuta.

 

Il-formazzjonijiet ta' Hibernians FC kienet din:

 

Demicoli, Borg, Sciberras, Theuma, Xuereb, Chetham (Naudi 66), M. Borg (Borg 88), Debono, S. Zammit, C. Zammit, Chircop (Tonna 66)

Kowċ – Keith Gouder

Official Sponsors
Commercial Partners