Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Punt storiku għal Hibernians FC
Aug 17, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

 

Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol tan-nisa ta’ Malta, ħadu punt storiku fi draw ta’ 3-3 kontra Klaksvikar Itrottarfelag tal-Gżejjer Faroe, fit-tieni ħarġa tagħhom tal-UEFA Champions League.

 

Il-Maltin dehru superjuri għal ħafna mill-ħin u kienu anki gowl minn fuq, li gawdewh għal ftit sekondi biss sakemm l-avversarji ġabu l-gowl tad-draw tat-2-2.

 

KI marru fil-vantaġġ wara 14-il minuta logħob b’gowl ta’ Josephsen. Eżatt qabel is-suffara li tat it-tmiem tal-ewwel taqsima, Emma Xuereb ġabet il-gowl tad-draw.

 

Charlene Zammit tefgħet lill-Pawlisti gowl minn fuq fil-61 minuta iżda ftit sekondi wara Thomsen ġabet id-draw.

 

Josephsen reġgħet tefgħet lil KI fil-vantaġġ fis-70 minuta u meta kollox deher li se jieħdu tliet punti, wasal il-gowl ta’ Dorienne Theuma fid-93 minuta.


 

Il-formazzjoni ta' Hibernians kienet din:

 

Demicoli, R. Borg, Sciberras, Theuma, Xuereb, Chetham (Tonna 46), M. Borg, Debono, S. Zammit, C. Zammit, Chircop (Naudi 46)

Official Sponsors
Commercial Partners