Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Peter Pullicino maħtur kowċ nazzjonali
Aug 25, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

Il-Malta Football Association tavża li ħatret lil Peter Pullicino bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal.


 

Pullicino se jkun assistiet minn Zelijko Ancic, filwaqt li John Mizzi kien ikkonfermat Segretarju tal-iskwadra nazzjonali. Leandros Calleja kien ikkonfermat fiżjoterapista tal-iskwadra u Mark Sammut, il-Kit Manager.

 

Dawn il-ħatriet u konfermi saru ftit ġimgħat qabel l-impenji nazzjonali f’partiti ta’ ħbiberija u l-partiti mill-Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

 

Malta tilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino, f’San Marino bejn il-25 u t-28 ta’ Settembru li ġej. Dawn il-partiti se jservu bħala tħejjija għall-partiti minn Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-futsal li se jintlagħbu bejn l-20 u s-26 ta’ Ottubru li ġej fil-Litwanja. 

Official Sponsors
Commercial Partners