Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: It-tim nazzjonali imur Pinerolo, l-Italja
Aug 26, 2015
Posted in:
It-tim nazzjonali, f'ritratt fl-ajruport ta' Malta, qabel qabad it-tijira lejn Ruma, l-Italja
It-tim nazzjonali, f'ritratt fl-ajruport ta' Malta, qabel qabad it-tijira lejn Ruma, l-Italja

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena, illum wara nofsinhar ħalla pajjiżna lejn Pinerolo, l-Italja, fejn hemmhekk se jkun qiegħed jieħu sehem f’partita ta’ ħbiberija u tournament ieħor li t-timijiet għad iridu jsiru magħrufa.

 

It-tim immexxi minn Sergio Soldano ħalla Malta illum fis-1.00pm, f’titjira diretta lejn Ruma u jiġi lura t-Tnejn 31 ta’ Awwissu.


 

L-ewwel partita tintlagħab kontra Cuneo, il-Ħamis 27 ta’ Awwissu fil-5.00pm, f’Pinerolo. It-tim se jkollu żewġ partiti oħra, it-tnejn f’Pinerolo, is-Sibt 29 ta’ Awwissu fis-7.00pm u l-Ħadd fl-4.30pm. It-timijiet għad iridu jkunu magħrufa.

 

Sakemm idumu fl-Italja, it-tim nazzjonali Malti se jitħarreġ tliet darbiet fl-10.00am, il-Ħamis 27 ta’ Awwissu, il-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu u s-Sibt 29 ta’ Awwissu u se jkun alloġġjat f’lukanda f’Turin.

 

Id-delegazzjoni tat-tim hi mmexxija minn Robert Gatt bħala d-Direttur Tekniku u minn David De Nascimento bħala l-Youth Development Officer.

 

L-iskwadra sħiħa li sejjaħ il-kowċ Sergio Soldano hi din:

 

Gowlkipers

Al-Tumi Rashed (Valletta FC)

Moore Lydon (Hamrun Spartans FC)

 

Difensuri

Bugeja Gianluca (Rabat Ajax FC)

Busuttil Jeremy (Hamrun Spartans FC)

Camilleri Gary (Balzan FC)

Grech Zachary Karl (Pembroke Athleta FC)

Grech Jurgen (Mosta FC)

Sciberras Clivert (Valletta FC)

 

Midfielders

Busuttil Jan (Pieta’ Hotspurs FC)

Cutajar Neil John (Kirkop Utd FC)

Farrugia Nicholas (Birkirkara FC)

Frendo Neil (Mosta FC)

Gatt Luca (Floriana FC)

Magro Owen (Hibernians FC)

Shaw Kurt (Sliema Wanderers FC)

Zammit Gianluca (Birkirkara FC)

 

Attakkanti

Elouni Omar (Sliema Wanderers FC)

Gatt Kyle (Mosta FC)

Mifsud Miguel (Sliema Wanderers FC)

Spiteri Andrei (Hibernians FC)

Official Sponsors
Commercial Partners