Malta Football Association
NEWS:
It-Tim Nazzjonali Malti: It-tielet sessjoni ta' taħriġ
Aug 31, 2015
Posted in:
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija ta' Pietro Ghedin, dalgħodu kellu t-tielet sessjoni ta' taħriġ minn meta l-grupp ingħaqad is-Sibt filgħodu għall-ewwel darba għaż-żewġ partiti li jmiss kontra l-Italja u l-Azerbaijan.

 

Fost il-plejers fl-iskwadra, illum kien hemm Andre' Schembri u Steve Borg li t-tnejn ġew minn Ċipru filwaqt li Andrew Hogg għandu jasal illum u jingħaqad mal-iskwadra għada.

 

Is-Sibt filgħodu, it-tim Malti kellu sessjoni ta' 'recovery' biex il-ħadd u dalgħodu, it-tim ħadem aktar fuq tattika u teknika. Is-sessjoni li jmiss issir illejla b'bibien magħluqa u tibda fil-5.30pm.

 

Il-kontinġent Malti jitlaq lejn l-Italja f'titjira diretta lejn Pisa l-Erbgħa filgħodu għal ħabta tas-7.30pm. Il-partita kontra l-Italja tintlagħab il-Ħamis fid-8.45pm fi Stadio Artemio Franchi, f'Firenze. It-tim Malti jidħol lura l-Ġimgħa kmieni filgħodu u jinġabar mill-ewwel f'lukanda sal-ġurnata tal-Ħadd fejn tintlagħab il-partita bejn Malta u l-Azerbaijan, fis-6.00pm, fl-istadium nazzjonali, f'Ta' Qali.


Official Sponsors
Commercial Partners