Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Vella jsejjaħ l-iskwadra finali
Sep 1, 2015
Posted in:
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

Silvio Vella, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, sejjaħ l-iskwadra finali għall-partiti tal-Grupp ta' Kwalifikazzjoni li jmiss, kontra r-Repubblika Ċeka u l-Montenegro.

 

It-tim u l-kontinġent sħiħ ta' Malta jħallu pajjiżna għada wara nofsinhar fl-4.30pm f'titjira diretta lejn Praga, ir-Repubblika Ċeka. Huma jaslu fid-destinazzjoni tagħhom għal ħabta tas-7.15pm.

 

Il-partita kontra r-Repubblika Ċeka tintlagħab il-Ġimgħa 4 ta' Settembru fi Strelnice Stadium u tibda fis-6.00pm. 

 

Is-Sibt filgħaxija, it-tim nazzjonali jħalli Praga u jaqbad titjira oħra lejn il-Montenegro. Huma jaslu hemm għal ħabta tat-8.30pm. 

 

Il-partita kontra l-Montenegro tintlagħab it-Tlieta 8 ta' Settembru fis-6.30pm fi Gradski Stadium, f'Podgorica.

 

It-tim nazzjonali u l-kontinġent sħiħ jidħol lura f'Malta, l-Erbgħa 9 ta' Settembru fid-9.00pm. 


 

L-iskwadra finali li sejjaħ Silvio Vella flimkien mal-istaff tekniku hi din:

 

 

Isem il-plejer Klabb Data tat-twelid
Gowlkipers    
Borg Jurgen Hibernians FC 08/08/1994
Calleja Cremona Matthew Floriana FC 14/09/1994
Difensuri    
Arab Samir Balzan FC 25/03/1994
Attard Cain Birkirkara FC 10/09/1994
Briffa Emanuel Floriana FC 13/02/1994
Micallef Karl Pieta' Hotspurs FC 08/09/1996
Johnson Michael St. Andrews FC 11/05/1994
Zerafa Daniel Tarxien Rainbows FC 08/04/1994
Midfielders    
Agius Terence Balzan FC 15/01/1994
Bezzina Johann Sliema Wanderers FC 30/05/1994
 Borg Conor Floriana FC 13/05/1997
 Camenzuli Ryan Birkirkara FC 08/09/1994
Cesare Kyle Pieta' Hotspurs FC 21/08/1995
Cremona Llewelyn Valletta F.C. 07/05/1995
Muscat Brandon Tarxien Rainbows FC 03/11/1994
Attakkanti    
Degabriele Jurgen Hibernians FC 10/10/1996
 Mbong Joseph Hibernians FC 15/07/1997
Montebello Luke Tarxien Rainbows FC 13/08/1995
Zammit Kurt Birkirkara FC 26/02/1996

 

Head Coach - Vella Silvio

Assistant Coach - Turner Noel

Goalkeepers Coach - Agius Simon
 
Physical Trainer - Pullicino Peter
 
Team Doctor - Psaila Matthew
 
Physio - Vella Sandro
 
Masseur - Ancilleri Aaron
 
Kit Manager - Ciantar Frank
 
Team Manager - Abela Jesmond
Official Sponsors
Commercial Partners