Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ fi Stadio Artemio Franchi, f'Firenze
Sep 2, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, illum fil-5.00pm, tħarreġ fi Stadio Artemio Franchi ta' Firenze, l-istadium li għada se tintlagħab fih il-partita bejn l-Italja u Malta.

 

Pietro Ghedin kowċ nazzjonali ta' Malti, flimkien mal-assistent Ray Farrugia, kellhom sessjoni oħra ta' taħriġ u li fiha setgħu jaraw sew il-kundizzjonijiet kollha tal-plejers u forsi solvew xi dubju li kellhom fuq xi plejer jew ieħor li jrid jibda l-partita ta' għada mal-ewwel ħdax.

 

L-istess għamel Charles Sciberras, li f'sessjoni ma taqta' xejn ma' Hogg, Haber u Bonello, kompla jara f'liema stat jinsabu t-tliet il-gowlkipers nazzjonali ftit iktar minn 24 siegħa qabel il-kick off.

 

Is-sessjoni bdiet bi ftit attivita' fiżika ma' Luca Pagani biex immedjatament wara assistejna għall-partita żgħira bejn żewġ gruppi ta' plejers.

 

Is-sessjoni tat-taħriġ kienet miftuħa għall-media għall-ewwel 15-il minuta.

 

Diversi ġurnalisti Taljani wrew interess kbir fil-plejers ta' Malta u fil-kowċ nazzjonali, u wieħed seta' jinnota dan mill-ħafna mistoqsijiet li għamlulhom waqt il-konferenza stampa u intervisti oħra.

 


Official Sponsors
Commercial Partners