Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti
Sep 3, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Mark Attard, Media Officer

 

Dalgħodu sar l-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti qabel ma llejla tintlagħab il-partita bejn l-Italja u Malta, fid-8.45pm, fi Stadio Aretmio Franchi, f’Firenze.


 

Il-plejers nazzjonali tħarrġ għal ftit iktar minn 30 minuta f’sessjoni ħafifa li fiha, Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali ta l-aħħar struzzjonijiet lill-plejers fuq il-pożizzjoni tagħhom fil-pitch. It-tim tħarreġ ukoll fuq is-set-pieces u fuq id-difiża.

 

It-taħriġ ta’ dalgħodu sar fi Stadio Andrea Pazzagli, stadium żgħir ftit minuti ’l bogħod mil-lukanda fejn hu alloġġjat it-tim Malti.

 

Il-ġurnata tal-lum tkompli bl-ikel ta’ wara nofsinhar, mistrieħ fil-kamra u laqgħa mal-plejers għal ħabta tas-6.00pm. It-tim nazzjonali jħalli l-lukanda lejn l-Artemio Franchi għal ħabta tas-7.00pm.

 

Kif tintemm il-partita, il-kontinġent kollu jitlaq lejn l-ajruport ta’ Bologna fejn minn hemm jaqbad titjira diretta lejn Malta u jibqa’ f’irtir f’lukanda oħra sal-partita tal-Ħadd kontra l-Azerbaijan.

 

Il-partita tal-lejla tintwera diretta fuq TVM 2. 

Official Sponsors
Commercial Partners