Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti
Sep 6, 2015
Posted in:
Rotratt: Paul Zammit Cutajar
Rotratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Dalgħodu fl-10.00am, sar l-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti qabel il-partita tal-lejla kontra l-Azerbaijan, fis-6.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

 

It-taħriġ kien wieħed ħafif għall-aħħar u sar fil-Hibernians Stadium f’Kordin, b’bibien magħluqa fejn il-kowċ Pietro Ghedin ħadem l-aktar fuq is-set pieces. Is-sessjoni damet sejra ftit inqas minn 45 minuta.

 

Il-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti reġgħu lura fil-lukanda, fejn għal ħabta tan-12.30pm jieklu flimkien u jistrieħu fil-kamra.

 

Għal ħabta tal-4.00pm, l-iskwadra tħalli l-lukanda għall-aħħar darba, direzzjoni lejn l-istadium nazzjonali f’Ta Qali.

 

Il-partita tibda fis-6.00pm u tixxandar dirett fuq TVM 2.


Official Sponsors
Commercial Partners