Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Punt ieħor u t-tieni post
Sep 9, 2015
Posted in:
General
National Team
U/21 Qualifiers

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena reġa' kellu wirja oħra qalbiena u b'saħħitha meta barra minn darna ħadna punt ieħor kontra l-Montenegro għal skor finali ta' draw mingħajr gowls.

 

Il-partita ntlagħbet fil-Gradski Stadion, f'Podgorica.

 

B'dan ir-riżultat, it-tim Malti issa għandu 5 punti, wara erba' partiti, li kollha ntlagħbu barra minn darna. Imiss oħra kontra l-Belġju, biex imbagħad ikun imiss l-istess ħames partiti li jintlagħbu f'pajjiżna. Qatt s'issa fl-Istorja tat-timijiet nazzjonali ta' Malta ma kellna bidu daqstant tajjeb f'xi grupp ta' kwalifikazzjoni!


 

It-tim immexxi minn SIlvio Vella kien dixxipplinat ħafna. Iddefenda bil-għaqal u qatt ma fetaħ l-ispazji, tant li l-avversarji tilfu xi ftit rashom lejn l-aħħar tal-partita u sfaw b'raġel inqas wara t-tkeċċija ta' Vujacic fit-82 minuta.

 

It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni:

Calleja Cremona, Briffa, Arab, Camenzuli (Muscat 87), Montebello (Zammit 94), Bezzina, Cesare, Guillaimier, Mbong, Cremona, Attard

Official Sponsors
Commercial Partners