Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: L-Isvezja jiskurjaw ħamsa
Sep 24, 2015
Posted in:
General
National Team
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena sofra telfa iebsa fl-ewwel ħarġa tiegħu minn Grupp 3 ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena kontra l-Isvezja bi skor ta’ 5-1. Il-partiti tal-Grupp qegħdin jintlagħbu fil-Fillandja.

 

L-Isvediżi kienu diġa’ għalqu l-partita sal-ewwel taqsima b’gowls minn Bellman fil-11-il minuta u tlieta oħra minn Bergvist fil-15, fil-25 u fil-35 minuta. L-istess plejer żied ieħor fit-tieni taqsima fit-62 minuta.

 

Il-gowl tal-bandiera għal Malta ġie skurjat minn Elouni fid-69 minuta.

 

Il-partita ntlagħbet fl-Eerikkila Areena Stadium f’Tammela.

 

It-tim nazzjonali Malti jilgħab il-partita li jmiss is-Sibt li ġej fil-11.00am ħin lokali, kontra r-Repubblika tal-Irlanda.

 

It-tim nazzjonali lagħab b’din il-formazzjoni:

 

Moore, Z. Grech, Sciberras (Bugeja 34), Busuttil, Camilleri, Shaw, Mifsud (Frendo 41), Magro (J. Busuttil 41), Elouni, J. Grech, Gatt

 

Referee – Jakupovic Edin (Bosnija Herzegovina)


Official Sponsors
Commercial Partners