Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: Malta 0 vs Irlanda 6
Sep 26, 2015
Posted in:
General
National Team
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena sofra telfa oħra kbira fit-tieni ħarġa tiegħu mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li qed isiru fil-Fillanjda meta kontra l-Irlanda tilef bl-iskor ta' 6-0.

 

L-Irlandiżi skurjaw il-gowls tagħhom minn Cregan fit-28 minuta u tnejn oħra ta' Rice fit-33 minuta u d-39 minuta. Fit-tieni taqsima skurjaw tliet darbiet oħra minn Flanagan fl-54 minuta u tnejn oħra minn Cregan fis-60 u l-74 minuta.

 

It-tim nazzjonali Malti jerġa' jkun fl-azzjoni għall-aħħar partita tiegħu kontra l-Fillandja t-Tnejn li ġej.

 

Il-formazzjoni li beda l-partita biha l-kowċ Sergio Soldano kienet din:

 

Moore, Camilleri, J. Busuttil, Bugeja, J. Grech (Cutajar 72), Z. Grech, Shaw, Magro (Frendo 56), Gatt (Spiteri 41), Elouni, Busuttil.


Official Sponsors
Commercial Partners