Malta Football Association
NEWS:
Taħt is-17-il sena: Fillandja 4 vs Malta 2
Sep 30, 2015
Posted in:
General
National Team
U17 - UEFA European Under 17 Qualifiers

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena kellu telfa oħra fl-aħħar ħarġa tiegħu kontra l-Fillandja bi skor finali ta’ 4-2.

 

It-tim Malti kien qed jipparteċipa fir-rawnd tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej Grupp 3. L-ewwel żewġ partiti ntilfu kontra l-Isvezja bi skor ta’ 5-1 u r-Repubblika Irlandiża bi skor ta’ 6-0.

 

Il-Fillandiżi marru fil-vantaġġ fl-24 minuta b’gowl ta’ Stavitski u rduppjaw u rduppjaw fis-46 minuta minn Hyokyvirta. Il-Maltin naqsu d-distakk b’gowl ta’ Frendo fit-53 minuta iżda l-Iskandinavi reġgħu żiedu ieħor fid-69 minuta minn Montola. Elouni fis-77 minuta għamilhom 3-2 u l-aħħar gowl tal-partita għall-Fillandja ġie skurjat minn Saira fit-83 minuta.

 

Il-formazzjoni ta’ Malta li għażel il-kowċ Sergio Soldano kienet din:

 

Abdilla, Z. Grech, Busuttil (Magro 71), Camilleri, Shaw, Elouni, J. Grech, Gatt (Mifsud 75), Bugeja, Frendo, Cutajar (J. Busuttil 36)


Official Sponsors
Commercial Partners