Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jingħaqad għall-aħħar żewġ impenji tal-Grupp
Oct 5, 2015
Posted in:
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija tal-kowċ Pietro Ghedin, ingħaqad għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ li se twassal għall-ġimgħa mill-iktar impenjattiva, bl-aħħar żewġ impenji kontra n-Norveġja, f’Oslo, is-Sibt 10 ta’ Ottubru, u kontra l-Kroazja, it-Tlieta 13 ta’ Ottubru, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

 

Dalgħodu, it-tim kellu sessjoni ħafif ta’ siegħa fejn l-ikbar ħidma saret fuq il-fażi offensiva tal-iskwadra. Il-plejers li kienu nvoluti lbieraħ mal-klabbs tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier tħarrġu apparti f’sessjoni aktar rilassanti mal-physical trainer, Luca Pagani.

 

It-tim nazzjonali jerġa’ jkollu sessjoni oħra għada gil-5.00pm u l-Erbgħa fid-9.00am biex imbagħad għal ħabta tas-6.00pm jħalli pajjiżna f’titjira diretta lejn in-Norveġja.

 

Malta tilgħab kontra l-Iskandinavi s-Sibt fis-6.00pm fl-Ulevaal Stadion, ta’ Oslo. Il-kontinġent jiġi lura f’Malta tard il-Ħadd bil-lejl u jibqa’ sejjer f’irtir f’lukanda f’pajjiżna sat-Tlieta filgħaxija qabel il-partita kontra l-Kroazja li tibda fid-8.45pm.


Official Sponsors
Commercial Partners