Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali Malti jitlaq lejn in-Norveġja llejla
Oct 7, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Illum, it-timijiet nazzjonali ta' Malta tal-kbar u anki dak ta' taħt il-21 sena, iħallu pajjiżna għall-impenn li jmiss, dak tal-kbar fin-Norveġja mentri dak ta' taħt il-21 sena fil-Belġju.

 


 

Ilbieraħ, Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali ta' Malta, assistiet minn Ray Farrugia, kellhom it-tieni sessjoni ta' taħriġ f'kundizzjonijiet ta' temp mill-aqwa u fejn il-plejers kollha dehru li jinsabu f'sikkiethom.

 

Is-sessjoni tal-bieraħ kienet iffullata b'diversi membri tal-media lokali li wrew l-interess jiġu jsegwu l-aħħar taħriġ ta' filgħaxija qabel il-vjaġġ lejn Oslo. Membri mill-grupp ta' partitarji tas-South End Core ukoll kienu preżenti għal din is-sessjoni ta' taħriġ u ingħataw l-aħħar edizzjoni tal-flokk nazzjonali ta' Malta, iffirmat mill-plejers u l-kontinġent kollu. 

 

Dalgħodu ssir l-aħħar sessjoni ta' taħriġ qabel ma llejla l-iskwadra u l-kontinġent sħiħ iħallu pajjiżna f'titjira diretta lejn Oslo, in-Norveġja.

 

Malta se tilgħab f'Ulevaal Stadion, f'Oslo, is-Sibt fis-6.00pm u l-partita se tixxandar diretta fuq TVM 2.

 

Intant, dalgħodu wkoll, it-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, ikollu l-aħħar sessjoni ta' taħriġ taħt il-gwida ta' Silvio Vella u Peter Pullicino. Imbagħad, it-tim u l-kontinġent jieklu kollha flimkien fir-ristorant tal-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, sakemm isir il-ħin biex imorru l-ajruport. It-tim u l-kontinġent iħallu pajjiżna għal ħabta tal-4.00pm.

 

Malta tilgħab kontra l-Belġju l-Ġimgħa fis-6.45pm fid-Den Dreef Stadium, f'Leuven.

Official Sponsors
Commercial Partners