Archives

Kondoljanzi – John Farrugia

Published: 07-10-2015 13:30
image1 (102)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur John Farrugia, eks-President u membru tal-Kunsill tal-MFA, f’isem Zurrieq FC. Is-Sur Farrugia ħalla din id-dinja lbieraħ filgħaxija. Hu jibqa’ magħruf l-aktar għax-xogħol, il-kontribut u l-imħabba li kellu lejn il-klabb ta’ Zurrieq FC u lejn l-aktar nies li kienu viċin tiegħu f’ħajtu. Iż-Żrieraq jibqgħu jiftakru lis-Sur Farrugia bħala l-President li fi żmienu, Zurrieq FC ġew promossi mit-Tielet Diviżjoni għall-Ewwel Diviżjoni.  Il-funeral tas-Sur Farrugia jsir għada l-Ħamis 8 ta’ Ottubru, fit-3.30pm, fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Farrugia, f’mument daqstant diffiċli.