Archives

Tibdil fil-fixtures tal-Kompetizzjoni Euro Cup 2012/13

Published: 19-06-2012 11:50
image1 (102)
Il-Malta Football Association, bi ftehim mal-Pulizija ta’ Malta, tavża li sar tibdil fil-fixtures tal-Kompetizzjoni Euro Cup 2012/13.  Matchday 2 li kellha tintlagħab fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2012 bejn Birkirkara u Valletta u Hibernians u Floriana rispettivament, tressqet għal Matchday 3 u dawn iż-żewġ partiti se jintlagħbu fit-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012. Għaldaqstant, dik li kellha tkun Matchday 3, tressqet għal Matchday 2, bil-partiti jkunu Valletta kontra Hibernians u Floriana kontra Birkirkara. Dawn il-partiti se jintlagħbu fil-25 u s-26 ta’ Ġunju 2012, rispettivament. Dan it-tibdil fil-fixtures mhux se jaffetwa l-bejgħ tal-biljetti u għaldaqstant il-biljetti diġa’ mibjugħa se jibqgħu eleġibbli.  Il-bejgh tal-biljetti mill-Klabbs jibqa sejjer sa lejliet kull partita. L-MFA tavża li l-VIP Cards, Orange Cards, White Cards, Press Cards u Pitch Cards tal-istaġun 2011/12 huma validi għall-Kompetizzjoni Euro Cup 2012/13. Il-programm aġġornat kollu tal-kompetizzjoni Euro Cup 2012/13 hu dan: L-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fis-Centenary Stadium Floriana vs Valletta Il-Ħamis 21 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fis-Centenary StadiumHibernians vs Birkirkara It-Tnejn 25 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fis-Centenary Stadium Valletta vs Hibernians It-Tlieta 26 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fis-Centenary Stadium Floriana vs Birkirkara Il-Ħamis 28 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fil-Hibernians StadiumBirkirkara vs Valletta Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju 2012 fis-6.30pm fil-Hibernians StadiumHibernians vs Floriana              Find us on Facebook   MALTA FOOTBALL ASSOCIATION - 1900