Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ fl-Ulevaal Stadion
Oct 9, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, dalgħodu tħarreġ fl-Ulevaal Stadion, f’Oslo, l-arena li għada fis-6.00pm se tkun qed tilqa’ fiha l-partita bejn in-Norveġja u Malta.

 

Is-sessjoni ta’ taħriġ kellha daqs 15-il minuta ta’ fiżika, biex imbagħad wara, il-plejers tħarrġu ftit fuq eżerċizzji taħt il-gwida ta’ Ray Farrugia u Luca Pagani. L-aħħar 30 minuta, saret partita nofs grawnd, fejn fiha Ghedin deher jagħti struzzjonijiet kontinwi lill-plejers nazzjonali.

 

Is-sessjoni intemmet eżattament wara siegħa biex imbagħad Pietro Ghedin flimkien ma’ Alex Muscat, tkellmu mal-istampa fil-konferenza stampa uffuċjali organizzata mill-UEFA.

 

Illejla, it-tim nazzjonali jirrilassa, b’ħarġa fiċ-ċentru ta’ Oslo, biex għada filgħodu jkollu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel il-partita ta’ filgħaxija.

 

L-Ulevaal Stadion hu mibjugħ kollu, li jfisser kważi 30,000 spettatur li se jkunu preżenti għal din il-partita.


Official Sponsors
Commercial Partners