Malta Football Association
NEWS:
Taħt il-21 sena: Belġju 2 vs Malta 0
Oct 9, 2015
Posted in:
General
National Team
U/21 Qualifiers
Ritratti: Federazzjoni tal-Belġju
Ritratti: Federazzjoni tal-Belġju

  • Ritratti: Federazzjoni tal-Belġju

 

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, immexxi mill-kowċ Silvio Vella, tilef bi skor ta' 2-0 dik li setgħet kienet partita li tispiċċa f'ħolma oħra kontra l-qawwa tat-tim tal-Belġju f'din il-kategorija.

 

Il-Belġjani kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun u attakkaw l-aktar. Marru viċin kemm-il darba li jiftħu l-iskor iżda l-Maltin iddefendew bil-għaqal u żammew l-iskor ta' 0-0 sakemm lejn l-aħħar kwart tal-partita sofrew l-ewwel gowl li wasal minn penalty u t-tkeċċija ta' Daniel Zerafa.

 

Tielemans poġġa lill-Belġjani gowl minn fuq mix-xutt mill-11-il metru biex tliet minuti wara De Sart għamilhom 2-0.

 

B'dik il-partita, Malta baqgħet fit-tieni post tal-Grupp b'ħames punti minn ħames partiti, proprju wara l-Belġju li għandhom disa' punti minn tliet partiti. 

 

Issa l-Maltin imisshom jilagħbu l-partiti kollha minn dan il-Grupp f'darhom kontra l-istess Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Montenegro, il-Moldova u l-Latvja.

 

Il-formazzjoni li għażel SIlvio Vella biex jibda din il-partita kienet din:

 

Calleja Cremona, Attard, Zerafa, Magri, Briffa, Mbong (Muscat 82), Cesare (Agius 87), Camenzuli, Cremona, Montebello (Degabriele 85), Guillaimier


Official Sponsors
Commercial Partners