


Mark Attard, Media Officer
It-tim nazzjonali Malti kellu l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ dalgħodu fit-training centre ta’ Heming-Bauen, f’Oslo, qabel il-partita tal-lejla bejn in-Norveġja u Malta li se tintlagħab fl-Ulevaal Stadion, f’Oslo, quddiem stadium mimli ta’ 27,000 spettatur, fis-.600pm. Il-partita se tixxandar diretta fuq TVM 2.
Is-sessjoni ta’ dalgħodu kienet waħda kalma ħafna bi ftit ċaqliq mill-plejers bħala warming up. It-tim nazzjonali Malti ħadem l-aktar fuq is-set-pieces, b’fuq quddiemnett il-corners u l-freekicks. Kienet ukoll sessjoni ta' taħriġ li rat folla mdaqqsa ta' tfal u ġenituri li nzertaw fuq il-post u waqfu biex jaraw lill-plejers Maltin jitħarrġu biex anki wara kellhom iċ-ċans jieħdu xi ritratt u jitolbu xi firma.
Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, assistiet minn Ray Farrugia, u minn Charles Sciberras u Luca Pagani, dehru anki jkellmu lill-plejers individwalment u jagħtu l-aħħar struzzjonijiet tagħhom lill-plejers Maltin.
Kontra n-Norveġja se jkun importanti ħafna li jingħalqu l-ispazji kollha fuq wara u kruċjali li ma nsofrux gowls kmieni fil-partita.
Il-formazzjoni tat-tim nazzjonali għada mhux magħrufa iżda wisq probabbli s-sistema se tkun dik ta’ 5-3-2, li ssaħħaħ id-dipartiment difensiv u tagħti ċans anki lill-midfielders u l-attakkanti li joħolqu xi azzjonijiet mill-kontrattakk.
Il-kontinġent daħal lurea fil-lukanda għal ħabta tal-11.30am għall-ikel u wara jkollu l-mistrieħ fil-kmamar. Il-vjaġġ lejn l-Ulevaal Stadion, jibda fl-4.00pm.
