Malta Football Association
NEWS:
Norveġja 2 vs Malta 0
Oct 10, 2015
Posted in:
General
National Team
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin, sofra telfa ta' 2-0 kontra n-Norveġja, f'partita li kienet iddominata għal ħafna mill-ħin mill-Iskandinavi, li iżda skurjaw żewġ gowls li kien fihom doża mhux ħażin ta' furtuna.


 

L-ewwel gowl wasal wara 19-il minuta logħob meta Tettey minn ġol kaxxa ż-żgħira spara xutt li Hogg laqa' tajjeb iżda l-ballun reġa' ħabat mal-istess plejer Norveġiż u b'mod mill-iktar stramb spiċċa fix-xibka tal-lasti Maltija.

 

It-tieni gowl wasal fit-52 minuta meta minn cross mix-xellug, il-ballun deher se jiġi mtajjar il-barra mill-kaxxa minn Hogg, iżda Steve Borg, f'tentattiv li jikklerja l-ballun spiċċa qabżu minn fuq il-goalkeeper Malti li nzerta mixħut fl-art, biex b'lasti vojta Soderlund ma żbaljax.

 

B'din ir-rebħa, in-Norveġiżi jilagħbu kollox it-Tlieta li ġej f'partita barra minn darhom kontra l-Italja, li llum stess kwalifikaw matematikament b'rebħa ta' 3-1 fl-Azerbaijan.

 

Malta tilgħab l-aħħar partita tal-Grupp it-Tlieta li ġej fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, kontra l-Kroazja li jridu rebħa akkost ta' kollox biex jikkwalifikaw jew jisfurzaw play-off. Illum ukoll, il-Kroati rebħu f'darhom 3-0 kontra l-Bulgarija.

 

Il-formazzjoni li beda biha t-tim nazzjonali Malti llum kienet din:

 

Hogg, Failla, Z. Muscat, A. Muscat (Zerafa 56), Borg (Camilleri 83), Fenech, R. Muscat, Agius, Briffa, Effiong, Schembri (Kristensen 81)

Official Sponsors
Commercial Partners