Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ għall-aħħar darba fin-Norveġja
Oct 11, 2015
Posted in:
Ritratt: Domenic Aquilina
Ritratt: Domenic Aquilina

 

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti dalgħodu tħarreġ għall-aħħar darba fin-Norveġja fejn il-grupp inqasam fi tnejn, dawk li lagħbu l-partita tal-bieraħ u dawk li ma bdewx mal-ewwel ħdax.


 

Dawk li kienu l-aktar impenjati baqgħu fil-lukanda fejn kellhom sessjoni ta' recovery fil-gym u fil-pool, mentri l-kumplament kellhom sessjoni ta' taħriġ fl-istess kumpless sportiv li tħarreġ it-tim sħiħ ilbieraħ filgħodu.

 

Fin-12.30pm it-tim jingħaqad għall-ikla ta' wara nofsinhar, biex għal ħabta tas-2.15pm, il-kontinġent jibda t-triq lura lejn Malta.

 

It-titjira se tkun maqsuma f'żewġ partijiet, minn Oslo għal Heathrow, Londra u minn hemm dritt lejn l-ajruport ta' Ħal Luqa. It-tim mistenni jidħol lura f'Malta għal ħabta ta' nofs il-lejl u jibqa' miġbur f'lukanda sal-partita tat-Tlieta li ġej kontra l-Kroazja.

Official Sponsors
Commercial Partners